Il-Fratellanza u l-istatwa ta' Kristu Rxoxt
Il-Papas, Giorgio Schiro kien kiteb, li nhar Sibt il-Ghid filghodu kmieni, l-Papas kien imur il-Knisja tal-Gizwiti biex jiehu din l-istatwa peress li kienet tinzamm hemm u jqeghda fil-Knisja tal-Madonna ta' Damaxxena (jigifieri fil-Knisja tal-Griegi li tinsab fi Triq l-Arcisqof, il-Belt Valletta) ghall-Festa tal-Ghid. Il-Papas, Schiro kiteb wkoll, 'Anzi
mi risulta che quella statua prima d'essere collocata nella chiesa di Gesu, si custodiva in un negozio a Valletta' - Din l-istatwa qabel ma ngiebet fil-Knisja tal-Gizwiti kienet tinzamm f'hanut li kien propjeta tal-familja Camilleri b'isem id-Ditta ''ta' Zerrek''. Il-hanut kien jinsab fi triq Santa Lucija (fejn ftit ilu kien hemm ic-cinema Ambassador, illum Embassy propju quddiem fejn kienet l-Ghassa tal-Pulizija mal-genb tal-Qorti. Din l-istatwa ittiehdet b'mod permanenti fil-Knisja tal-Gizwiti fis-sena 1921 kif jidher fil-kitba ta' fuq il-pedestal li kien hemm fin-nicca fejn kienet tidhol l-istatwa ta' Kristu: Questa statua di Cristo Risorto fu collocata nella Chiesa di Gesu 10-IX-21 - Giov. Mauro Caruana ittrasferixxa l-Konfraternita ta' Kristu Rxoxt mill-Knisja tal-Madonna ta' Damaxxena ghall-Knisja tal-Gizwiti. Ghalhekk, il-purcissjoni ta' Kristu Rxoxt imbghad bdiet tohrog mill-Knisja tal-Gizwiti. Id-digriet tal-Kurja dwar dan it-trasferiment ta' din il-Konfraternita ta' Kristu Rxoxt mill-Knisja tal-Griegi ghal dik tal-Knisja tal-Gizwiti, jghid hekk;
'La premura che, secondo lo spirito della S. Madre Chiesa abbiamo di conservare nella sua purezza, per quanto sia possibile, il Rito greco, che, in questa Diocesi, si segue solamente nella ... See Morechiesa parrocchiale di S. Maria Damascena della Valletta, Ci spinge non senza qualche dispiacere, a trasferire altrove la. Ven Confraternita di Gesu Risorto ivi eretta con Decreto de 1 Aprile 1659. Ordinaria in virtu del canone 719 con questo nostro Decreto trasferiamo la gia menzionata Ven C. della predetta Chiesa di S. M. Damaxenna alla Chiesa del Gesu nella stessa citta Valletta'. Matul iz-zmien gew skulturati zewg suldati Rumani biex ifakkru fl-ghassa li kien hemm mal-qabar ta' Kristu wara l-mewt Tieghu fuq is-Salib. Filwaqt li l-id il-leminija ta' Kristu tidher mghollija 'l fuq, fix-xellugija narawh qieghed izomm bandiera hamra b'salib abjad. L-istatwa ta' Kristu kif wkoll is-suldati Rumani huma xoghol fl-injam. Il-qabar (pedestal) kien mgħamul minn injam u karta pesta pero wara li gie rrestawrat fl-2011, il-kartapesta tnehhiet u gie mahdum kollox injam. Il-lasta tal-bandiera saret fl-1841-1842 u hija maghmula mill-fidda. Ir-raggiera hija maghmula mill-fidda wkoll u bbanjata bid-deheb!!! S'issa ghadna ma nafux min seta kien l-artist ta' dan ix-xoghol ferm sabih ghal qalb il-Beltin ... jista jkun li Kristu huwa xoghol ta' l-artist Melchiore Gafa' u dan minhabba li l-id merfugha l-fuq hija identika ma dik tal-vara maestuza ta' San Pawl pero s'issa ma nstabux dokumenti li juru dan!! Il-Purcissjoni hija organizzata mill-Fratellanza ta' Kristu Rxoxt (l-unika wahda f' Malta) u ssir nhar Hadd il-Ghid il-Kbir, FILGHAXIJA ghal habta tas-6.30 ta' filghaxija.