25/12/2021
“X’ser jagħtina l-ferħ meta għaddejjin minn dan kollu? Jistax ikun li l-Mulej qed jistedinna biex nidħlu aktar fil-fond, fil-fond tal-persuna tagħna, fil-fond tar-relazzjonijiet tagħna? ... Mhux ser inkunu flimkien illejla billi ngħannqu lil xulxin ... imma ser inkunu flimkien illejla f'xi ħaġa wisq aktar profonda: fil-fraġilita tagħna, fid-dgħufija tagħna.”
L-Isqof Dun Anton Teuma fl-omelija tal-quddiesa ta’ nofsillejl.
It-tim kollu ta’ Pasturi fir-Rabat jawgura lil kulħadd Milied hieni u qaddis mimli b’barkiet mis-sema. Il-Milied it-tajjeb! 🎄